Staġun 1987-88: Is-sajf kien ġab aħbar ferm sabiħa għall-partitarji Maltin ta’ Juventus. Il-polza tal-ewwel rawnd tat-Tazza Uefa kien laqqa’ lill-Bianconeri mat-tim ta’ Valletta. Din kellha tkun it-tieni żjara ta’ Juventus f’logħob uffiċjali wara li l-Bianconeri kienu lagħbu ma’ Marsa fit-Tazza Uefa f’Settembru tal-1971.

Iż-żjara ta’ Juventus (taħt it-tmexxija ta’ Rino Marchesi) ċertament kienet aħbar li ddominat il-gazzetti u l-midja f’pajjiżna, għal dak is-sajf. L-istennija kienet kbira għal ħafna partitarji (inkluż jiena stess) li kien ser ikollhom l-okkażjoni li jaraw għall-ewwel darba jilagħbu quddiehom lill-benjamini tagħhom.

Dan kellu jkun l-ewwel staġun fejn Juventus kienu sejrin jilagħbu mingħajr Michel Platini, ċertament wieħed mill-iktar plejers importanti fl-istorja tal-klabb. Minflok Platini kien ġie akkwistat l-attakant prolifiku Ian Rush mingħand Liverpool. Sfortunatament Rush ma kienx ħa sehem fil-logħba kontra Valletta minħabba li kien weġġa’ f’logħba tal-bidu tal-istagun.

Insegwu filmat bil-highlights tal-logħba meħuda mill-filmati tar-Rai.

Filmat : Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese

LayerSlider encountered a problem while it tried to show your slider.Please make sure that you've used the right shortcode or method to insert the slider, and check if the corresponding slider exists and it wasn't deleted previously.