Staġun 2010-11: Juventus taħt it-tmexxija ta’ Luigi Del Neri kellhom bidu tal-istaġun xejn pożittiv. Mill-ewwel erba’ logħbiet fil-kampjonat, il-Bianconeri kienu rebħu logħba waħda biss, dik kontra Udinese (ġewwa l-istadio Fruili) bl-iskor ta’ 4-0.

Juventus kienu ġew draw ta 3-3 f’darhom kontra Sampdoria u kienu tilfu ż-zewġ logħbiet l-oħra kontra Bari (1-0) u Palermo (3-1). Ir-riżultati ta’ dawn il-logħbiet u l-kwalità tal-logħob muri, kienu sinjali ċari li kienu qegħdin juru li l-kriżi tal-istaġun ta’ qabel (fejn Juventus spiċċaw fis-seba’ post fil-klassifika) ma kinitx issolviet.

Fil-ħames ġurnata tal-kampjonat tas-Serie A, Juventus kienu sejrin jilqgħu ġewwa darhom lit-tim ta’ Cagliari.

Insegwu filmat ta’ din il-logħba meħud mill-programm Novantesimo Minuto tar-Rai.

Filmat : Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese

dical-banner-1200×280