Staġun 2004-05: Tibda l-avventura ta’ Fabio Capello fit-tmexxija ta’ Juventus. Capello daħal minflok Marcello Lippi li kien għadu kemm inħatar bħala kowċ tat-tim Nazzjonali Taljan.
Fis-sessjoni tal-calciomercato tas-sajf, il-Bianconeri kienu akkwistaw lill Emerson u Zebina mingħand Roma, lil Zlatan Ibrahimovic mingħand Ajax Amsterdam u lil Fabio Cannavaro mingħand Inter fi trattattiva li għadha tissemma sal-lum minħabba l-fatt li Luciano Moggi kien irnexxielu jpartat lill-gowlkiper Urugwajan Carini mad-difensur Taljan.
Fl-ewwel logħba tal-kampjonat, Juventus jaffrontaw lit-tim ta’ Brescia ġewwa l-istadio Mario Rigamonti.
Ċertament l-akkwisti il-ġodda, speċjalment Ibrahimovic mal-ewwel ħallew impatt konsiderevoli. Insegwu l-filmat ta’ din il-logħba meħud mill-programm Novantesimo Minuto.
Filmat: Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese
Ħalli Kumment