Staġun 2012-13 : Dan kien it-tieni staġun ta’ Antonio Conte fit-tmexxija ta’ Juventus.

Għall-ewwel xhur tal-istaġun, kemm Antonio Conte kif ukoll l-assistent tiegħu Angelo Alessio ma setgħux imexxu lit-tim Juventin minħabba s-sospensjoni li rċevew marbuta mal-iskandlu tal-calcioscommese u xi logħbiet meta huma kienu fit-tmexxija tat-tim ta’ Siena. Massimo Carrera ingħata l-inkarigu li jmexxi lit-tim Juventin minn fuq il-bank tas-sostituti.

Fl-ewwel logħba tal-kampjonat, Juventus kienu akkwistaw rebħa ta’ tnejn b’xejn meta lagħbu kontra Parma fil-Juventus Stadium.

Insegwu dan il-filmat mit-tieni ġurnata tal-kampjonat tas- Serie A, fejn il-Bianconeri kellhom jaffrontaw lit-tim ta’ Udinese ġewwa l-istadio Fruili.

Filmat: Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese

dical-banner-1200×280