Staġun 1971-72: Għaddew ħames snin mill-aħħar rebħa tal-kampjonat minn Juventus. Il-President Giampiero Boniperti għamel rivoluzzjoni fl-iskwadra Juventina, bl-introduzzjoni ta’ numru ta’ plejers żgħażagħ, fosthom Cuccureddu, Bettega, Spinosi u Causio.

It-tim kien taħt it-tmexxija ta’ Armando Picchi. Sfortunatament Picchi safa vittma ta’ marda kiefra matul l-istaġun u postu ttieħed mill-kowċ tal-Primavera Čestmír Vycpálek.

Wasalna għax-xahar ta’ Mejju u l-Bianconeri, fil-logħba kontra Vicenza, isiru matematikament champions.