Staġun 1970-71: Forsi fil-memorja tal-maġġoranza tal-partitarji Juventini, l-ewwel darba li Juventus ikkwalifikaw għall-finali ta’ Tazza Ewropea kien fl-istaġun 1972-73 meta ltaqgħu ma’ Ajax Amsterdam fil-finali tat-Tazza taċ-Champions.

Tfittxija fl-istorja ta’ Juventus turi li qabel dik il-finali, il-Bianconeri kienu telgħu darbtejn sal-finali tat-Tazza tal-Fieri. Din il-kompetizzjoni f’nofs is-snin sebgħin inbidlilha l-isem u saret magħrufa bħala t-Tazza Uefa (kompetizzjoni li Juventus rebħu tliet darbiet).

Fl-ewwel finali, fl-istaġun 1964-65, Juventus affrontaw lill-Ungeriżi ta’ Ferencvárosi. Matul dak l-istaġun, il-finali kienet fuq bażi ta’ logħba waħda. Dakinhar Juventus tilfu 1-0 fil-Comunale ta’ Turin.

Fl-istaġun 1970-71 Juventus reġgħu waslu sal-finali ta’ din il-kompetizzjoni fejn din id-darba l-avversarji tal-Bianconeri kellhom ikunu l-Ingliżi ta’ Leeds United. F’ din l-okkażjoni, il-finali ntlagħbet fuq bażi ta’ żewġ logħbiet. Fl-ewwel logħba ġewwa Turin, il-logħba ntemmet bl-iskor ta’ 2-2.

Insegwu dan il-filmat qasir tat-tieni logħba tal-finali.