Staġun 1992-93: Fil-ġimgħa ta’ qabel din il-logħba tal-kampjonat, Juventus kienu rebħu t-tielet Tazza Uefa fl-istorja tal-klabb grazzi għar-rebħa ta’ 3-0 ġewwa d-Delle Alpi kontra Borussia Dortmund (Juventus kienu diġà rebħu 3-1 fl-ewwel logħba tal-finali f’Dortmund).
Milli jidher iċ-ċelebrazzjonijiet għar-rebħ ta’ dak l-unur ħalla effett fuq il-plejers Juventini. Dan għax fil-logħba tal-kampjonat fi tmiem il-ġimgħa li kien imiss, il-prestazzjoni ċertament ma kinitx pożittiva. Tant hu hekk li l-Bianconeri sofrew telfa umiljanti kontra tim li kien diġà ġie relegat.
Ta’ interess huwa l-fatt li tnejn mill-ħames gowls ta’ Pescara ġew skurjati mill-kowċ preżenti ta’ Juventus, Massimiliano Allegri.
Ħalli Kumment