Staġun 2011-12. Ċertament wieħed mill-fatturi li ttrasforma lill-klabb Juventin fis-snin reċenti kien il-bini u l-użu ta’ stadium li huwa proprjetà tal-klabb, ħaġa li hija ferm rari fl-Italia (sa issa huma biss Juventus, Udinese u Sassuolo li għandhom stadium li huwa proprjetà tal-klabb).

Il-Juventus Stadium gie inawgurat b’ċerimonia ferm sabiħa li ċċelebrat il-passat u l-preżent ta’ Juventus. Bħala parti mill-inawgurazzjoni kienet saret ukoll logħba ta’ ħbiberija mat-tim Ingliż ta’ Notts County li huwa klabb marbut mal-istorja Juventina minħabba l-fatt li l-kuluri tal-flokkijiet Juventini ġew isiprati mill-kuluri tagħhom.

Insegwu filmat taċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Juventus Stadium.
Filmat : Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese

dical-banner-1200×280