Staġun 2012-13 – Dan kien it-tieni staġun li fih il-Bianconeri kienu qegħdin jużaw l-istadium il-ġdid tagħhom. Fl-ewwel staġun, il-Juventus Stadium kien fattur importanti fil-mixja lejn ir-rebħa tal-kampjonat. Ir-rebħ tal-Iscudetto li kien ilu nieqes mill-istaġun 2005-06. Kien jidher ċar li l-avversarji tal-Bianconeri kienu jsibuha kemmxejn diffiċli biex jilagħbu f’dan l-istadium ġdid li kien ferm differenti mill-maġġoranza tal-istadiums l-oħra tal-Italja, bl-ispettaturi ferm viċin tal-pitch. Spettaturi li kienu jagħtu s-sostenn qawwi tagħhom lit-tim.

Fil-ġurnata tal-1 ta’ Diċembu 2012, kien wasal iż-żmien biex il-Juventus Stadium jilqa’ ġewwa fih għall-ewwel darba d-Derby della Mole. Ta’ min isemmi li Torino kienu ħadu l-promozzjoni lura għas-Serie A fl-istaġun ta’ qabel. Interessanti kien il-fatt li din l-edizzjoni tad-Derby della Mole kellha tiġi deċiża minn żewġ plejers li kienu telgħu mis-settur taż-żgħażagħ Juventin, allura kienu mdorrijin minn tfulithom għall-istennija li dejjem kienet tħalli kull logħba ma’ Torino.

Insegwu l-filmat tal-azzjonijiet prinċipali ta’ din il-logħba meħuda mill-filmati ta’ Sky Italia.

Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese

dical-banner-1200×280