Staġun 1986-87: Juventus jaffrontaw il-bidu tal-istaġun mingħajr Giovanni Trapattoni, li wara għaxar snin fit-tmun tal-Bianconeri ddeċieda li jfittex avventura ohra, u ngħaqad mar-rivali Inter. Fit-tmexxija tat-tim Juventin wasal il-kowċ Rino Marchesi li qabel ma ngħaqad mal-Bianconeri, kellu staġuni ferm pożittivi ma’ Como.
L-iskwadra Juventina ftit li xejn tbiddlet minn dik li kienet rebħet l-iscudetto fl-istaġun ta’ qabel. Ħafna mit-tamiet ta’ suċċess ta’ Juventus baqgħu jiddependu fuq is-saħħa tat-trio ta’ attakkanti Platini-Serena-Laudrup.
Fl-ewwel logħba tal-kampjonat, Juventus jaffrontaw lil Udinese fl-iStadio Friuli. Insegwu l-andament ta’ din il-logħba fil-filmat tal-programm tar-Rai, Novantesimo minuto.
Ħalli Kumment