Staġun 1992-93: Fil-ħames ġurnata tal-kampjonat, Juventus jilagħbu kontra Napoli fl-istadio San Paolo.

Juventus fl-ewwel erba’ logħbiet tal-kampjonat kienu ħadu rebħa kontra Atalanta (4-1) waqt li fit-tliet logħbiet l-oħra l-Bianconeri kellhom jaqsmu l-punti mal-avversarji fil-logħbiet kontra Cagliari, Genoa u Roma.

Ċertament il-logħba kontra Napoli kienet l-iktar logħba diffiċli mill-bidu tal-istaġun, biss f’din il-logħba l-kwalita’ tal-attakkanti Juventini kienet ferm evidenti.

Insegwu l-filmat ta’ din il-logħba. Filmat meħud mill-programm La Domenica Sportiva.

Filmat: Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese

dical-banner-1200×280