Il-goalkeeper ta’ 18-il sena Kai McKenzie-Lyle qed jgħix ħolma grazzi għal-logħba Football Manager.

Kollox beda meta McKenzie-Lyle, plejer ta’ Barnet li jinsab misluf lil Cockfosters fl-Ingilterra, kien skopert minn riċerkaturi ta’ Football Manager.

Dawn bagħtu lill-Federazzjoni tal-Guyana u infurmawhom li fl-Ingilterra hemm goalkeeper li għandu dixxendenza tal-pajjiż u allura jista’ jiġi msejjaħ man-nazzjonal.

Fid-debutt tiegħu mit-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tal-Karibew, McKenzie-Lyle saħansitra skurja b’daqqa ta’ ras fil-120 minuta. Madankollu l-Guyana tilfu 2-3 kontra Suriname.
Sors: Gianluca Di Marzio

dical-banner-1200×280