F.C Internazionale jkomplu jiġu umiljati logħba wara l-oħra, u llum kien imiss lil Tottenham li f’logħba ta’ ħbiberija tawhom 6.
Kien Harry Kane li fetaħ l-iskor minn penalti, qabel Inter ġabu d-dro b’gowl ta’ Ivan Perisic. Iżda minn hawn, Tottenham ħadu r-riedni tal-logħba u komplew jiskurjaw bla ħniena minn Lamela, Dele Alli, Kane, Janssen u Harrison.
Ironikament ftit jiem ilu Massimo Moratti qal li Inter se jkunu l-anti Juventus … nittamaw li jaqtgħu figura aħjar.
Fozza Inda!






