Għall-aħħar snin SSC Napoli u l-kumpanija Playtime għandhom ftehim li jbigħu ħelu bl-uċuħ tal-plejers tal-iskwadra.
Fost l-oħrajn, minn Marzu li għadda, kien żvelat ukoll il-wiċċ ta’ Gonzalo Higuaín, li jingħaqad mal-kollezzjoni ta’ prodotti tal-plejers ta’ Napoli.
Iżda jidher li ma tantx damu jgawduhom u l-idea ma tantx kienet suċċess, għax bit-tluq ta’ Higuaín minn Napli, issa l-kumpanija kienet sfurzata tbigħhom għal nofs il-prezz wara biss erba’ xhur.
Sors: Il Mattino