It-trasferiment imminenti tal-attakkant Gonzalo Higuaín mingħand Napoli għal ma’ Juventus wassal għal xeni inkredibbli ta’ partitarji li qed jinġemgħu fi pjazez ewlenin biex jesprimu d-diżappunt tagħhom.
Wara dak li qed jitqies bħala tradiment, ritratti li bdew jittellgħu fil-midja soċjali juru tfal iqattgħu flokk tal-istess plejer, kif ukoll messaġġi mwaħħla mal-ħitan b’tgħajjir.
Mal-art inxteħtu wkoll xalel, ritratti kif ukoll oġġetti oħra li kienu jfakkru lill-partitarji Naplitani f’dak li sa ftit xhur ilu kien l-idolu indiskuss tagħhom.
Insulti wkoll għall-President Aurelio De Laurentiis.
Sors: TuttoNapoli