Francesco Totti, captain ta’ A.S. Roma, qal li l-kampjonat mhux magħluq u kollox jista’ jiġri, għalkemm ammetta s-supremazija ta’ Juventus.
“Nafu li Juventus huma f’kategorija oħra. Fl-aħħar ħames snin urew li jinsabu f’livell ogħla. Se nippruvaw nagħtuhom sfida sal-aħħar, imma nafu li mhux faċli,” qal Totti.
Kompla li Juventus huma l-iktar b’saħħithom, waqt li ammetta li Roma huma fit-tieni livell meta kkumparati maċ-champions attwali tal-Italja.
Sors: Il Corriere dello Sport






