Il-midfielder internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju u Atalanta, Franck Kessiè, stqarr li hu kuntent ħafna li f’dan l-istaġun s’issa skurja iżjed gowls minn Gonzalo Higuaín.

“Inqis lil Gonzalo Higuaín bħala plejer ta’ kwalità għolja ħafna. Onorat li s’issa skurjajt iżjed minnu, u nirrikonoxxi li sensazzjoni stramba,” qal Kessiè.

Il-plejer jinsab fit-tielet post tal-lista ta’ skorers b’4 gowls, wieħed iżjed minn Higuaín.

Kessiè, li għad għandu biss 19-il sena, beda l-karriera tiegħu bħala difensur iżda din is-sena Atalanta ddeċidew li jippruvawh bħala midfielder … b’suċċess.

Sors: Serie A TIM

dical-banner-1200×280