Genoa u Juventus mistennija jkunu involuti f’iżjed trattattivi wara li ftit tax-xhur ilu maċ-champions tal-Italja ngħaqad Tomás Rincón.
Dan għaliex Genoa jixtiequ kemm lil Stefano Sturaro kif ukoll lil Rolando Mandragora.
Dan tal-aħħar, attwalment impenjat mal-U20 tal-Italja, hu objettiv iktar fattibbli minħabba li jixtieq jilgħab b’mod regolari wara staġun b’injury wara l-oħra. F’dan il-każ, it-trasferiment ikun wieħed fuq bażi ta’ self.
Iżda Sturaro jidher li mhux intenzjonat li jħalli lil Juventus, waqt li Juventus ma jqisuhx bħala żejjed, iżda plejer importanti biex jisserrħu dawk fl-iskwadra ewlenija.
Sors: Il Secolo XIX
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






