Lazio u Milan kisbu draw ta’ 1-1 f’logħba mis-Serie A li ntlagħbet ilbieraħ filgħaxija. Iżda f’din il-logħba spikka episodju li kważi ħadd ma semma.

Il-goalkeeper ta’ Milan Gianluigi Donnarumma jidher jersaq ras imb ras mar-referee Antonio Damato. L-istess referee jidher iwarrab liż-żagħżugħ ta’ Milan.

Dwar dan il-każ jispikka s-silenzju. Timmaġina li kieku kien plejer ta’ Juventus li għamel ġest simili?

Xi ħaġa simili kienet ġrat bejn Leonardo Bonucci u Nicola Rizzoli, li dwarha kien inqala putiferju sħiħ, avolja l-istess referee kien qal li l-każ ġie amplifikat, u ma kien hemm l-ebda ras imb ras dakinhar.

Nistennew u naraw jekk hux se tittieħed azzjoni fil-konfront ta’ Donnarumma.

dical-banner-1200×280