Wara l-eliminazzjoni mil-Coppa Italia kontra Juventus, il-captain ta’ Napoli Marek Hamšík sostna li t-tim tiegħu issa se jimmira biex jakkwista t-tieni post fis-Serie A, li jassigura post fil-fażi tal-gruppi fil-Uefa Champions League.

“Ninsabu diżappuntati bl-eliminazzjoni però pproduċejna prestazzjonijiet tajbin ħafna bħall-partita ta’ nhar il-Ħadd li għadda iżda xorta waħda ma kinux biżżejjed. Fil-partita tal-kampjonat ħadna biss punt u fil-logħba l-oħra rbaħna iżda sfortunatament ġejna eliminati. Se nibqgħu niġġieldu sal-aħħar biex finalment nakkwistaw it-tieni l-aħjar post fil-kampjonat.”

Sors: Corriere dello sport