“Huwa sodisfazzjon għalija li rbaħt dan it-trofew għaliex il-ġurija hija ffurmata minn kowċis stess. Huwa vera li fil-karriera trid il-punti mhux il-premijiet però għall-inqas nista’ ngħid li għal darba rbaħt lil Allegri. Personalment ma kontx qed nistennieha għax normalment din jirbaħha dak il-kowċ li jkun rebaħ il-kampjonat.”

Kliem il-kowċ ta’ Napoli Maurizio Sarri, mumenti wara ċ-ċerimonja li fiha ngħata il-Panchina d’Oro fejn ġie fl-ewwel post segwit minn Max Allegri.

Dan it-trofew jiġi ġġudikat fuq ix-xogħol li għamel fl-aħħar staġun, b’Sarri li fl-ewwel staġun tiegħu wassal lit-tim tiegħu fit-tieni post tas-Serie A.

Sors: Tuttomercatoweb

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280