Esperjenza emozzjonanti għaż-żona tal-Calabria, li laqgħet lil Juventus għall-ewwel darba wara għaxar snin.

Tant kien hemm eċitament f’din l-art tant assoċjata ma’ Juventus b’mijiet ta’ eluf ta’ partitarji, li anke l-isptar ta’ Crotone spiċċa sold out.

Ritratti tal-kummentatur Riccardo Trevisani juri kif it-twieqi tal-Isptar San Giovanni di Dio kienu mimlija nies jaraw il-logħba, uħud minnhom bil-mobiles f’idejhom jiġbdu l-filmati u ritratti.

Dan minkejja li l-awtoritajiet tal-isptar iktar kmieni ħabbru li ddaħħlu fis-seħħ regoli stretti li minn sigħat qabel il-logħba fl-isptar kienu se jitħallew jidħlu biss pazjenti, u mhux viżitaturi.

Iktar kmeini kien rappurtat ukoll li raġel inqabad jilgħabha li għandu bżonn ikun rikoverat, proprju biex ikun jista’ jara l-logħba mill-isptar, minkejja li ma kellu xejn.

Għal din il-logħba, is-soċjetà ta’ Crotone Calcio saħansitra kisbet permess mis-Sindku biex tintuża l-kapaċità sħiħa tal-grawnd, li kien sold out.

Sors: Sportmediaset/Riccardo Trevisani/La Gazzetta dello Sport

dical-banner-1200×280