F’Awwissu li għadda, l-istorja ta’ Isaac Bezzina, tfajjel ta’ 10 snin li sab fjammingu f’diffikultà fil-baħar u salvah, kienet serqet il-qlub ta’ ħafna. Isaac saħansitra ġie intervistat minn Net News.

Juventusmalta.com issa jista’ jiżvela li l-fjammingu li salva Isaac, u li nħeles illum fir-Riserva Naturali tal-Għadira, issemma Jj. Imma għaliex?

L-isem jirrifletti l-arma l-ġdida ta’ Juventus, u ntgħażel minn Isaac hekk kif kemm hu kif ukoll il-familja tiegħu huma ffissati fuq Juventus. L-għażla madankollu fiha wkoll ħsieb hekk kif il-fjammingu kien instab minn Isaac wara l-ewwel logħba tal-kampjonat, mirbuħa minn Juventus fuq Chievo bi skor ta’ 3-2.

F’kummenti lil dan is-sit, il-familja Bezzina fissret ukoll li l-ħsieb ta’ Isaac ġej mill-fatt li l-fjammingu Jj baqa’ jistinka biex jgħix, l-istess bħalma Juventus u l-plejers tal-klabb jgħixu l-motto ‘Fino alla Fine’.

Ritratt: Matthew Tabone/Net News

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280