Fil-partita bejn Atalanta u Juventus kien hemm żewġ deċiżjonijiet kontroversjali ħafna fejn il-kundanna tagħhom ġiet maqtugħa bil-VAR.
Permezz tal-VAR, Juventus ġew imcaħħda minn goal u fl-azzjoni l-oħra Juventus ingħataw penalty.
Il-kowċ ta’ Atalanta Gian Piero Gasperini tkellem fuq dawn iż-żewġ deċiżjonijiet fejn ammetta li ma jinsabx konvint dwar dawn l-azzjonijiet.
“Minkejja li għandna t-teknoloġija, ċertu deċiżjonijiet xorta waħda huma diffiċli biex tiddeċiedi. Ir-referee lil Lichtsteiner tah karta safra iżda kieku wrieh il-ħamra ma kienx se jkun skandlu. Rigward il-penalty, fl-opinjoni tiegħi l-ballun rajtu jaħbat ma’ spallejh mhux ma’ jdejh.”
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com