Il-ġurnalist rinomat Gianluca Di Marzio ta aġġornament dwar sensiela ta’ plejers li Juventus qed isegwu jew bdew kuntatt mal-aġenti tagħhom:

– Aaron Ramsey: Il-midfielder ta’ 27 sena minn Wales mhux mistenni jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Arsenal hekk kif qed jitlob paga meqjusa għolja mill-klabb Ingliż. F’Ġunju jista’ jibdel il-klabb b’xejn u jingħad li Juventus huma fil-vantaġġ fuq Inter (li jqisu t-talba tal-paga tiegħu esaġerata) u PSG (bil-plejer li mhux deċiż minn din l-għażla);
– Francisco Román Alarcón Suárez (Isco): It-talba ta’ Real Madrid għall-midfielder avvanzat ta’ 26 sena (€80 miljun) hi pjuttost għolja. Juventus għad m’għamlux kuntatt ma’ Real Madrid u hemm ukoll konkorrenza minn numru ta’ klabbs ewlenin, fosthom Manchester City. Madankollu, hu fatt magħruf li l-plejer ilu snin segwit minn Juventus.
– Jean-Clair Todibo: Juventus qed jistennew id-deċiżjoni tal-plejer, li rrifjuta lil Napoli frott l-interess mill-klabb ta’ Turin u minn Barcelona. Jekk jibqa’ deċiż li ma jġeddidx, Juventus jippruvaw jakkwistawh b’xejn f’Ġunju.
– Francisco António Machado Mota Castro Trincão: L-attakkant Portugiż se jagħlaq 19-il sena u jilgħab għal Braga B. Fl-aħħar jiem saret laqgħa bejn l-aġenti tiegħu u uffiċjali ta’ Juventus. Il-plejer għandu klawżola reċissorja ta’ €15-il miljun, li hi abbordabbli. Juventus qed jistennew risposta mill-aġenti tal-plejer, li aktarx tasal matul il-ġimgħa d-dieħla.

Fl-istess waqt Juventus jibqgħu interessati f’Matthijs de Ligt. Fl-aħħar jiem l-isem tal-plejer issemma f’laqgħa bejn Juventus u Mino Raiola, iżda Barcelona jingħad li jinsabu fil-vantaġġ.

Sors: Gianluca Di Marzio

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280