Id-Direttur Sportiv ta’ Atalanta Giovanni Sartori spjega li l-logħba kontra Juventus hi waħda importanti ħafna u l-plejers se jagħtu dak kollu possibbli biex jakkwistaw riżultat.
“Il-logħba kontra Juventus hi waħda importanti għall-partitarji tagħna, forsi l-iktar waħda li jkunu qed jistennew. Minn naħa tagħna se nagħmlu li nistgħu biex nakkwistaw il-punti li tant għandna bżonn,” qal Sartori lil Radio Kiss Kiss Napoli.
Kompla li riċentament l-iskwadra mhux għaddejja minn perjodu tajjeb u hemm bżonn li Atalanta jibdew jakkwistaw il-punti malajr.