“Issib min jgħidlek li hu esaġerat li nitkellmu dwar tradiment wara li Gonzalo Higuaín ingħaqad ma’ Juventus. Jien ngħid li l-kontra … f’din l-għażla jeżisti sens sħiħ ta’ tradiment, li jinkludi wkoll nuqqas ta’ gratitudni.”

Kliem iebes ta’ Aurelio De Laurentiis, il-President ta’ Napoli, wara li Juventus għamlu uffiċjali t-trasferiment ta’ Gonzalo Higuaín.

Kompla li kien jimmaġina komportament differenti mingħand Juventus, iżda ammetta li d-diriġenti ta’ Turin ma għamlu l-ebda skorrettezza għaliex kien hemm il-klawżola reċissorja.

Madankollu wera d-dispjaċir tiegħu għat-testijiet mediċi li saru bil-moħbi fi Spanja, matul il-ġimgħa li għaddiet.

Sors: Corriere dello Sport

dical-banner-1200×280