L-attakkant ta’ Napoli Gonzalo Higuaín hu determinat li ma jġeddidx il-kuntratt ma’ Napoli u l-futur tiegħu qed jidher dejjem iżjed bogħod minn Napli.
Fl-aħħar jiem jirriżulta li kien hemm diversi attentati li jsir kuntatt miegħu, liema kuntatti jidher li fallew. Għaddejjin madankollu kuntatti bejn id-Direttur Sportiv tal-klabb u ħu l-plejer, li hu wkoll l-aġent tiegħu.
Madankollu, l-intenzjoni tal-plejer u l-aġent tiegħu hi li ma jġeddidx.
Sors: Radio Rcr