L-ispekulazzjonijiet dwar min jista’ jkun jew ikunu s-sostitut/i ta’ Pogba jkomplu anki fil-ġurnali tal-lum.

Tuttosport: jgħid illi Juventus qed jerġgħu juru interess f’Isco ta’ Real Madrid li ma jidhirx li ħa jkollu post fiss fil-formazzjoni ta’ Zidane.

La Gazzetta dello Sport: titkellem dwar it-trasferiment ta’ Pogba u tgħid li Juventus se jdaħħlu qligħ nett ta’ 78 miljun ewro filwaqt li Raiola se jkun qala’ 35 miljun. Tikkwota wkoll lil De Boer jgħid li Juventus mhumiex imbattibbli.

ll Corriere dello Sport: jgħid illi Juventus laħqu ftehim ma’ Witsel u issa Zenit iridu jiddeċiedu jitilfuhx b’xejn f’Ġunju jew jibdewx trattattivi mal-bianconeri.

dical-banner-1200×280