Hekk kif għada Juventus jaffrontaw lil Lazio, se nħares daqsxejn lejn l-avversarji fejn se nitkellem rigward l-affarijiet pożittivi u forsi d-difetti tagħhom.

Preżentament Lazio jinsabu jokkupaw il-ħames post fil-klassifika bi 12-il rebħa, 4 draws u 4 telfiet. Skurjaw 35 gowl u qalgħu 22. L-attakant li akkwistaw f’dan l-istaġun, it-Taljan Ciro Immobile, qiegħed ikun protagonist fejn s’issa minn 20 apparenza fil-kampjonat skurja 11-il gowl. Lazio li jinsabu ħames punti taħt il-leaders Juventus (ovvjament b’logħba inqas), immexxija minn Simone Inzaghi jinsabu ottimisti li jwaqqfu l-mixja ta’ 26 rebħa konsekuttiva ta’ Juventus f’darhom. Plejers oħra interessanti f’dan it-tim u li huma segwiti minn bosta klabbs fl-Ewropa bħalissa huma l-captain preżenti Lucas Biglia, l-Olandiż De Vrij, u l-Brażiljan Felipe Anderson.

Fil-logħba tal-ewwel rawnd fl-iStadio Olimpico ta’ Ruma, Juventus kienu ħargu rebbieħa kontra t-tim ta’ Lazio bl-iskor ta’ 0-1. Il-gowl waħdieni ġie skurjat mill-internazzjonali Ġermaniż, Sami Khedira. Juventus qed jittamaw li jirritornaw għar-rebħ wara t-telfa tal-Ħadd li għadda kontra Fiorentina.

dical-banner-1200×280