Fiċ-ċelebrazzjoni tat-tieni goal ta’ Juventus, Higuaín wara li ċċelebra ma’ sħabu baqa’ sejjer direttament fuq il-bank tas-sostituti fejn rajnieh jagħti tgħanniqa lil Andrea Barzagli.

Wara l-partita Sky Sport ikkonfermaw li l-attakkant Arġentin għamel hekk għaliex qabel il-partita Barzagli qallu li kien se jiskurja. Dan kien it-tieni goal fi ftit jiem għall-Pipita wara li nhar l-Erbgħa skurja wkoll kontra Olympiacos.

Sors: Sky Italia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280