Is-sostitut Prokuratur tad-DDA (Direzione Distrettuale Antimafia) ta’ Napli, iddikjarat li hu fatt magħruf li fil-kurvi tas-San Paolo jkun hemm preżenti l-klabb tal-Kamorra.

Enrica Parascandolo, li xehdet quddiem il-Kummissjoni Antimafia, iddikjarat: “Jeżisti tip ta’ kontroll mill-Kamorra. Madankollu dan ma jfissirx neċessarjament li l-kurvi huma l-prerogattiva tal-klabb jew li l-klabb jikkundizzjona l-ġestjoni jew il-bejgħ tal-biljetti.”

Kompliet li “jeżistu rapporti ta’ persuni qrib xulxin, sakemm mhux saħansitra alleati, li jmorru fil-grawnd flimkien, fl-istess sezzjoni tal-grawnd. Nafu li hemm diviżjoni bejn l-ultras, kemm skont it-territorji differenti tal-partitarji, kif ukoll skont il-gruppi Kamorristiċi.”

Fakkret ukoll li sa żmien riċenti kien jidher Antonio Lo Russo fis-San Paolo, iben il-boss Salvatore Lo Russo, li saħansitra niżel fil-grawnd b’pass li s-soltu jinħareġ lill-ħaddiema li jieħdu ħsieb il-ħaxix. Hu fatt magħruf ukoll li teżisti relazzjoni bejn l-eks Lavezzi u Antonio Lo Russo.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280