Lorenzo Di Livio, plejer ta’ Roma misluf lil Ternana, ġie sospiż b’mod kawtelari minħabba li nstab pożittiv għal test tad-doping.
Lorenzo, midfielder ta’ 20 sena u iben l-eks plejer tat-tim nazzjonali tal-Italja Angelo Di Livio, ingħata s-sospensjoni mill-Procura Nazionale Antidoping.
It-testijiet saru wara l-logħba bejn Vicenza u Ternana fis-6 ta’ Mejju li għadda u wrew li hu pożittiv għal sustanza magħrufa bħala Thc.
Sors: Alfredo Pedullà
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com