L-attakkant Arġentin ta’ Inter, Mauro Icardi, weħel sospensjoni fit-tul wara li fi tmiem il-logħba kontra Juventus, ixxuttja l-ballun b’rabja lejn ir-referee Nicola Rizzoli.

Lir-referee, Mauro Icardi ma rnexxilux jolqtu, iżda l-ġest tiegħu nqabad fuq il-cameras u kien rappurtat lill-Kummissarju tad-Dixxiplina.

Ir-referee niżżel dan il-ġest fir-rapport tal-logħba, bil-konsegwenza li Icardi weħel sospensjoni ta’ żewġ logħbiet.

Icardi kien qed jirriskja wkoll għaliex b’mod sarkastiku, għal iktar minn darba, lir-referee indirizzah bħala “fenomenu”. Sospensjoni identika anke għal Ivan Perišić minħabba diskors li għamel fil-konfront tar-referee kif ukoll reazzjoni esaġerata wara li ntwera l-ħamra.

Sors: Tuttosport

dical-banner-1200×280