F’partita ta’ ħbiberija li t-tim ta’ Luciano Spalletti lagħab kontra Wattens, kien hemm partitarju partikolari ta’ Inter li kien liebes il-gear tan-Nerazzuri u fuq wara kellu miktub Icardiff u n-numru 7. Kif kulħadd jaf, bit-telfa kontra Real Madrid ġewwa Cardiff, din kienet is-7 telfa ta’ Juventus fil-finali tac-Champions League.
It-tripletta għal Juventus daqs kemm kienet viċin, fl-istess ħin baqgħet ħafna ’l bogħod għat-tieni darba fl-aħħar tliet snin u l-partitarji Interisti kienu sodisfatti għax baqgħu l-uniku tim Taljan li rnexxielu jagħmel it-tripletta fl-istaġun 2009/10.
Sors: Corriere dello sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prom1inenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com