Il-kowċ ta’ Arsenal, il-Franċiż Arsène Wenger tkellem fuq il-kwistjoni ma’ Sanchez f’konferenza tal-aħbarijiet lejlet il-partita li Arsenal imisshom fil-Uefa Champions League kontra Bayern Munich però nnega l-aħbar li hemm xi diżgwid mal-istess plejer.
“Ma’ Sánchez ma ġara xejn. Wara l-logħba kontra Liverpool spjegajt li xtaqt immur dirett fuq l-avversarji u b’hekk kienet ir-raġuni għaliex ma bdejtx b’Sánchez. Alexis huwa plejer determinat għalkemm xi drabi għandu karattru diffiċli però fil-futbol se ssib minn kollox.”
“Ir-relazzjoni tiegħi miegħu hija waħda onesta u normali bħal m’għandi ma’ kull plejer tat-tim. Sanchez baqagħlu sena u tliet xhur fil-kuntratt u d-deċiżjoni jekk jitlaqx jew le jeħduha d-diriġenti mhux jien.”
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment