L-eks President tal-FIGC Giancarlo Abete tkellem rigward id-differenza bejn Spanja u l-Italja li qed tkompli dejjem tikber speċjalment wara l-aħħar riżultati bejn Spanja kontra l-Italja u Barcelona kontra Juventus.
Dawn iż-żewġ logħbiet intemmu bl-iskor ta’ 3-0 favur iż-żewġ timijiet Spanjoli.
“Il-problema tal-Italja dejjem kienet li jilagħbu ftit logħbiet li jkunu deċiżivi. Rigward Juventus u Roma, l-avversarji tagħhom kienu aktar kompetittivi iżda logħba waħda ħażina ma tistax tiġġudika l-istruttura tal-klabb.”
Sors: ANSA
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com