Wara l-partita bejn Napoli u Juventus, il-kowċ tan-Naplitani Maurizio Sarri kellu kliem ta’ tifħir għall-plejers tiegħu fejn huwa sostna wkoll li Napoli għelbu lil Juventus għax id-distakk ta’ bejniethom qed jonqos drastikament.

“Kienet prestazzjoni mill-aqwa mit-tim tagħna, skurjajna tliet darbiet kontra tim li normalment isofri ftit gowls però sfortunatament ma rnexxilniex indawru l-iskor biex navvanzaw għall-finali. Il-fortuna tagħmel parti mill-futbol u f’dan il-każ hekk ġara għax żgur li kienet ma’ Juventus. F’dawn iż-żewġ logħbiet ħarġet xi ħaġa pożittiva: li bilmod il-mod qed innaqqsu d-distakk minn ma’ Juventus.”

Sors: Rai Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280