Fid-29 ta’ Mejju tal-1985, bħal-lum 32 sena, ġara diżastru ġewwa l-grawnd ta’ Heysel, il-Belġju. Kienet finali tal-UEFA Champions League bejn Juventus u Liverpool FC, fejn il-partita spiċċat 1-0, rebħa għall-Bianconeri.

Siegħa qabel ma bdiet il-logħba, partitarji ta’ Liverpool ikkargaw għall-partitarji Juventini u kissru ċint li kien qed jisseparahom miż-“żona newtrali”.

Dan ġara wara perjodu ta’ ostilità bejn il-partitarji taż-żewġ timijiet li raw missili jintefgħu mill-partitarji kemm ta’ Juventus kif ukoll ta’ Liverpool. Il-partitarji Taljani marru jiġru lura lejn it-terrazzi u ‘l bogħod mill-periklu, u marru fejn ħajt tal-konkrit. Dawk li kienu diġà qegħdin bilqiegħda fejn l-istess ħajt tal-konkrit spiċċaw tgħaffġu, u l-ħajt għeleb bil-piż. F’dan l-inċident mietu 39 persuna, u ħalla mijiet midruba.

Fil-memorja u l-ħbiberija. Strieħu fis-sliem!

 

 

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com[/fusion_text]

dical-banner-1200×280