In-Naplitani ddikjaraw lil Lyon, preċiżament lill-President tagħhom Jean-Michel Aulas, bħala l-għadu numru tnejn tagħhom wara Juventus.
Dan wara li Napoli laħqu ftehim mal-midfielder Franċiż ta’ 21 sena Corentin Tolisso, iżda Aulas baqa’ jirrifjuta t-trasferiment sakemm issa anke l-plejer iddikjara li se jibqa’ ma’ Lyon.
Jingħad li Napoli saħansitra kienu ppjanaw l-eżamijiet mediċi għal Tolisso, qabel falla kollox.
Sors: Foot01