Il-UEFA mill-ġdid wissiet lil Inter wara li naqsu milli jonoraw ir-regoli tal-Financial Fair Play, b’żieda fil-pagi.
Wara l-ewwel twissija, Inter kienu qed jiprogrammaw żieda fid-dħul u tnaqqis fil-pagi. Iżda kampanja ta’ akkwisti faraonika, fuq kollox bil-wasla ta’ João Mario, Candreva u Gabigol wasslet għall-kuntrarju.
Dan fisser li l-ftehim iffirmat mal-UEFA f’Mejju li għadda ma ġewx rispettati, fost id-diżappunt tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Ewropew.
Wara li tħallew diversi plejers barra mil-lista tal-Europa League, issa Inter se jkunu sfurzati jnaqqsu l-iskwadra bit-tneħħija ta’ plejers ftit li xejn użati, fosthom Stevan Jovetic.
Sors: Goal