Jorge Mendes, l-aġent ta’ André Gomes li għadu kemm għalaq it-trasferiment ta’ Mourinho għal ma’ Manchester United, mistenni li jiltaqa’ mad-diriġenti tal-Bianconeri f’Milan sabiex jiddiskutu l-possibbilta’ tal-akkwist tal-midfielder Portugiż.

Jidher illi l-intermedjarji ta’ Juventus diġà għamlu kuntatt ma’ Mendes u mistennija jiltaqgħu miegħu hekk kif jasal l-Italja minn hawn u ftit sigħat oħra.

L-eżitu tal-laqgħa jiddependi ħafna wkoll minn Peter Lim, proprjetarju ta’ Valencia, li mingħandu Juventus qed jistennew risposta.

Sors: Tuttosport