Minkejja li jilgħab bil-flokk ta’ Juventus, Juan Cuadrado huwa ta’ proprjetà ta’ Chelsea. Fil-fatt, il-preżenza ta’ Conte fid-derby d’Italia qanqlet ħsibijiet li setgħet kienet marbuta ma’ dan il-plejer.

Madankollu, minkejja li Cuadrado qiegħed b’self ma’ Juventus sal-2019, fil-kuntratt hemm imniżżel li Juventus għandhom id-dritt li jirriskattawh. Saħansitra, skont il-prestazzjonijiet tal-plejer, il-permanenza tiegħu f’Turin tista’ ssir obbligatorja.

Apparti minn hekk, jidher ukoll li fil-kuntratt tiegħu, Chelsea ma daħlu l-ebda klawżola li tippermettilhom li jsejħulu biex imur lura Londra. Għaldaqstant, il-futur tal-Kolombjan huwa kollu f’idejh u f’idejn id-diriġenza Juventina.

Sors: Tuttosport

dical-banner-1200×280