Waqt li Matthijs de Ligt jibqa’ l-prijorità ta’ Juventus fid-difiża, qed jikber l-interess għal difensur Portugiż li l-aġent tiegħu hu l-istess Jorge Mendes li jassisti lil Cristiano Ronaldo u João Cancelo.

Ruben Dias għad għandu biss 21 sena imma jilgħab regolari ma’ Benfica kif ukoll mat-tim nazzjonali tal-Portugall. Il-klawżola ta’ €60 miljun li l-klabb Portugiż poġġa fuqu hi xhieda tal-kwalitajiet u potenzjal li għandu.

Għalkemm prezzu mhux irħis, Juventus qed iżommuh bħala għażla oħra li jistgħu jaħtfu, imsaħħa wkoll mir-relazzjoni tajba tal-klabb mal-aġent Mendes.

Sors: Tuttosport

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280