Stefano Vecchi, il-kowċ ta’ F.C. Internazionale, ingħata sospensjoni ta’ ġurnata mill-Imħallef Sportiv tal-FIGC.

Din is-sospensjoni tasal bħala sorpriża u qed titqies bħala waħda minima minn ħafna wara li l-istess kowċ ħalla ż-żona riservata għalih u mar jipprovoka lid-diriġenti ta’ Juventus u għajjarhom.

Dan seħħ wara t-tieni gowl ta’ Inter u kien se jwassal għal argumenti kbar hekk kif numru ta’ plejers u diriġenti miż-żewġ naħat avviċinaw lill-kowċ.

Ingħata sospensjoni ugwali, jiġifieri ta’ logħba waħda, anke l-plejer Andrea Favilli ta’ Juventus, ħati li għajjar lill-kowċ ta’ Inter.

Sors: Lega Serie A