Tribunal fiċ-Ċina ddikjara b’mod uffiċjali bħala falluta lill-kumpanija Jie Ande tas-sid ta’ Milan Yonghong Li.
Din il-kumpanija kienet deskritta bħala l-kaxxa tal-flus ta’ Joghong Li meta dan xtara lil Milan għaliex kienet l-iktar kumpanija li kellha likwidità finanzjarja. Saħansitra jingħad li Li ħa self b’rati ta’ mgħax ta’ 20% bl-iskop li jipprova joffri garanzija azjendali.
Dan is-self ġie akkwistat mill-kumpanija Amerikana Elliot, li issa mistennija tgħaddi somma ġdida ta’ bejn il-€35 miljun u l-€40 miljun bl-iskop li l-klabb ta’ Milan ikun jista’ jirrispetta l-parametri u jirreġistra għall-istaġun li ġej.
Madankollu, dan qed isir ukoll bl-iskop li Yonghong Li jħalli t-tmexxija tal-klabb hekk kif dejjem iktar qed jitlef kredibbiltà f’dak li għandu x’jaqsam mal-poter ekonomiku personali.
Xahar ilu, Li giddeb dawn ir-rapporti u qal li l-qagħda finanzjarja tiegħu hi b’saħħitha. Iżda issa, l-aħbar ta’ falliment ta’ din il-kumpanija ħareġ b’mod uffiċjali minn sentenza ta’ tribunal Ċiniż.
Sors: Corriere della Sera
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com