Siniša Mihajlović qed jirriskja li telfa kontra Juventus tkun fatali u twassal għat-tneħħija tiegħu minn kowċ ta’ Milan.

Il-konferenza tal-aħbarijiet li Mihajlović ta lbieraħ, qabel il-logħba bejn Milan u Juventus, kompliet tindika li postu ma’ Milan m’għadux sigur.

“Bħal kull kowċ ieħor fid-dinja niġi ġġudikat fuq ir-riżultati u jekk nonqsu milli nġibu r-riżultati, ikun ġust li nitkeċċa, anke qabel tmiem l-istaġun,” qal Mihajlović wara li Milan naqsu milli jirbħu fl-aħħar erba’ minn sitt logħbiet fil-kampjonat.

Attwalment Milan jinsabu sitt punti wara Inter, fis-sitt post.

Sors: Tuttosport/Goal.com