Hekk kif il-Ħadd li ġej Juventus jiltaqgħu kontra Cagliari, il-partitarji ta’ dawn tal-aħħar qed jippreparaw lejl ta’ festa f’każ li jirbħu.
Bħal fil-każ ta’ Crotone, Juventus għandhom ammont kbir ta’ partitarji anke fil-muniċipalità ta’ Cagliari, f’Sardinja, u mistenni li din il-logħba tqajjem interess qawwi.
Tant hu hekk li Gino Goddi, President tal-Juventus Club DOC Gaetano Scirea qal li ħafna Juventini se jkunu mifruxa f’setturi differenti, u saħansitra qed titħejja koreografija.
Sors: La Nuova Sardegna
Ħalli Kumment