Il-partitarji Naplitani se jitħallew jattendu għal-logħba bejn Juventus u Napoli fl-Allianz Stadium.
Dan l-iżvilupp iseħħ wara snin fejn il-partitarji Naplitani u dawk Juventini ma kinux qed jitħallew ikunu preżenti fil-grawnds rispettivi. Deċiżjoni li ttieħdet mill-Prefettura ta’ Turin.
B’din id-deċiżjoni, imposta fuq Juventus, se joħorġu għall-bejgħ 2,100 biljett li jistgħu jiġu akkwistati minn persuni li għandhom it-tessera del tifoso iżda mhux minn dawk li huma residenti fil-Campania.
Sors: La Stampa
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com