Wara l-partita kontra Juventus, il-President ta’ Cagliari Tommaso Giulini kellu rabja kbira lejn it-terna arbitrali u speċjalment lejn is-sistema tal-VAR. Giulini tkellem speċjalment rigward l-allegat penalty għat-tim tiegħu.

“Jekk il-poplu u s-segwaċi tal-futbol Taljan jixtiequ jaraw futbol kompetittiv huwa mod però jekk iridu jaraw kampjonat fejn it-timijiet il-kbar jirbħu dejjem jaqbdu u jgħidulna. Hija xi ħaġa inkredibbli li azzjoni bħal dik ma ntwerietx fuq il-VAR, verament inkredibbli.”

Sors: Mediaset Premium

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280